Home Lifestyle Filmat: ​Jipproponilha kuljum għal sena sħiħa u…

Filmat: ​Jipproponilha kuljum għal sena sħiħa u…

minuta qari

F’għeluq snin it-tfajla tiegħu s-sena li għaddiet, Dean Smith irrealizza li Jennifer kienet il-mara li xtaq iqatta’ l-kumplament ta’ ħajtu magħha.
L-uniku problema li kellu kienet li xtaq li meta jipproponilha kollox jimxi ħarir.
Ġietu l-idea li jipproponilha b’xi ħaġa li togħġobha, il-countdowns. Għaldaqstant għat-365 jum ta’ wara, Dean iffilmja lilu nnifsu kuljum, iżomm white board, dejjem b’verżjoni differenti tal-istess mistoqsija: “Tiżżewwiġni?”
Fil-filmat, Dean jidher jieħu l-kolazzjon, jaħsel snienu, jidħol fil-karozza għax-xogħol, jgħannaq il-klieb. Kull darba b’messaġġ żgħir li jfakkar lil Jennifer li kien jaħseb fiha kuljum. Meta lesta l-proġett tiegħu, il-koppja kienet qed tiċċelebra mill-ġdid għeluq sninha fil-Karibew.
Li ma kinitx taf Jennifer kien li Dean ġab lil familji tagħhom u lil sħabhom għall-finali tal-proposta tiegħu.
Fuq YouTube dan il-filmat diġà rawh 14-il miljun darba.