Filmat: Sawwat pazjent li kien għadu kemm għamel operazzjoni tal-qalb

minuta qari

Fir-Russja, tabib inqabad fuq filmat jagħti daqqiet lil pazjent li kien għadu kemm beda jirkupra minn operazzjoni f’qalbu.

Il-filmat juri lit-tabib Andrey Votyakov u il-pazjent jargumentaw bejniethom. Ftit wara it-tabib jidher jagħti daqqiet bil-ponn lill-pazjent, l-ewwek f’wiċċu imbagħad fuq qalbu. Il-pazjent kien marbut u ma setax jiddefendi ruħu.

Il-pazjent miet ftit wara.

Hu mifhum li t-tabib kien rispettat ħafna f’xogħlu u saħansitra kien il-kap tad-dipartiment tal-kura intensiva. Iżda qal li tilef il-paċenzja meta minflok qallu grazzi, il-pazjent beda jkellmu ħażin hekk kif beda jiġi f’tiegħu. It-tabib qal li kien għajjien wara xift ta' 36 siegħa. Saħaq li talab skuża lill-qraba tal-pazjent.

Il-każ seħħ fi Frar u t-tabib tkeċċa hekk kif sar magħruf x’kien ġara. Il-pulizija qed tinvestiga.