Home Lifestyle Mużika Filmat: L-aħħar bidwi f’Wied il-Għasel se jgħallem il-Malti

Filmat: L-aħħar bidwi f’Wied il-Għasel se jgħallem il-Malti

minuta qari

Is-sena skolastika bdiet u magħha tqum id-diskussjoni dwar il-mod li bih l-istudenti Maltin u Għawdxin jistgħu ikomplu jitgħallmu f’ambjent li bih jieħdu gost.
Issa l-istudenti Malti fil-klassijiet tas-sekondarja għandhom il-filmati ta’ 11-il kanzunetta Maltija li jistgħu jintużaw biex l-istudenti Maltin itejbu l-ħiliet tal-lingwa Maltija.
Il-filmati nħadmu bħala parti minn proġett li l-għan tiegħu hu li joħloq riżorsi edukattivi u involva x-xogħol tal-istudenti tal-Istitut tal-Arti Kreattiva fl-Mcast b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kurrikulu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Fost il-kanzunetti hemm taħlita.
Il-proġett inkluda filmati ta’ kanzunetti ta’ kantanti żgħażagħ.
Min-naħa l-oħra hemm ukoll filmati ta’ kanzunetti leġġendarji bħal Imħabba f’Kemmuna, L-Aħħar bidwi f’Wied il-Għasel u Jien ma naħdimx
Newsbook.com.mt huwa infurmat li fil-futur qrib hemm il-ħsieb li jsiru aktar riżorsi ta’ dan it-tip.