Filmat: L-ewwel passi ta’ ors polari li llum għalaq xahrejn

minuta qari

Għaddew xahrejn minn mindu twieled ors polari f'żoo f'Toronto fil-Kanada.

F'din l-okkażjoni ż-żoo ħareġ erba’ filmati ġodda ta’ dan l-ors polari. Wieħed mill-filmati juri l-ewwel passi tiegħu akkumpanjati wkoll b’xi ħsejjes.

Dan l-ors polari huwa ffortunat għax mit-tliet orsijiet li twieldu fid-9 ta’ Novembru 2013, kien hu biss li għex. Ħutu mietu f’inqas minn 48 siegħa.