Filmat: ​L-umiltà tispikka f’Ewġenju Borg, l-ewwel Superjur Ġenerali tal-MUSEUM

minuta qari

F’dokumentarju li qed jitħejja minn student fl-MCAST u membru tal-MUSEUM, se jkun qed jingħata dawl lejn il-ħajja tal-ewwel Superjur Ġenerali tal-MUSEUM, Ewġenju Borg.
Dan huwa l-ewwel dokumentarju li qed isir dwar Ewġenjo Borg li ħadem mill-qrib ta’ San Ġorġ Preca.
F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Roberto D’Amato qal li fir-riċerka li għamel dwar dan il-persuna jidher biċ-ċar li Ewġenjo Borg kien raġel umli u baqa’ jġorr din l-umiltà anke fil-kariga li tah Dun Ġorġ Preca.
Roberto jispjega wkoll li Ewġenjo Borg kellu “dik it-tbissima li ġġiegħel lin-nies tersaq lejh”.
Il-filmat qasir se jiġi mniedi nhar l-Erbgħa li ġej fis-soċjetà tal-MUSEUM u wieħed jista’ jikseb kopja permezz tal-ħaġna fuq Facebook Id-Dinja għamilnieha Tagħna.