Home Lifestyle Filmat: Rigal għaċ-ċkejknin fl-iskejjel primarji

Filmat: Rigal għaċ-ċkejknin fl-iskejjel primarji

minuta qari

Il-bebbux, iċ-ċentupied, Lela l-kelba, u qattus ħelu din is-sena skolastika qed jilqgħu lit-tfal ċkejnin b’rigal ta’ sitt kanzunetti ġodda bil-Malti, li nħadmu mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Dawn il-kanzunetti nħadmu apposta biex jitkantaw mit-tfal fil-klassijiet mal-għalliema, u fid-djar mal-ġenituri. Fil-filmat ta’ kull kanzunetta tidher żigarella bil-kliem tagħha, ħalli t-tfal ikunu esposti għall-kliem miktub. Jistgħu jintużaw ukoll mat-tfal mit-tablet jew smartphone.
Il-kanzunetti li jġibu l-isem ta’  Jien għandi qattus ħelu, Bżar u Melħ, Għanja, Il-bebbux, Iċ-ċentupied u Lela l-kelba, għandhom kitba ta’ Renè Cilia, Giudo Lanfranco, Carmel G. Cauchi u Marija Tereża Pulè. Il-mużika hija ta’ Phiip Vella, Dominic Galea u Augusto Cardinali.