Home Aħbarijiet Internazzjonali Florida: L-Uragan iħalli aktar minn 6 miljun dar bla dawl

Florida: L-Uragan iħalli aktar minn 6 miljun dar bla dawl

minuta qari

Madwar 6.5 miljun dar fi Florida, jew żewġ terzi tat-total, jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku hekk kif l-Uragan Irma qed ikompli jagħmel ħerba mill-Istat Amerikan.
Bħalissa mijiet ta’ inġiniera qed jippruvaw jirranġaw il-ħsara għalkemm għadhom ma jistgħux jaslu ħdejn diversi impjanti minħabba l-għargħar.
L-iżjed li ġew milquta ħażin huma l-gżejjer Florida Keys u l-villaġġi fil-punent tal-Istat.
Irma laqat lil Florida l-Ħadd li għadda bala Uragan ta’ kategorija erbgħa iżda fl-aħħar sigħat jidher li naqqas mill-forza tiegħu.
Meta laqat Atlanta, ir-riħ kien għaddej b’56 kilometru fis-siegħa. Meta kien għadu b’saħħtu, l-Uragan ġab miegħu riħ li f’ħinijiet laħħaq il-252 kilometru fis-siegħa.
Skont rapporti, fi Florida mietu erba’ persuna iżda l-ġimgħa li għaddiet l-Uragan ħasad il-ħajja ta’ madwar 40 persuna fil-Ġżejjer tal-Karibew.