Home Aħbarijiet 37,700 ħaddiem barrani f’Malta, żieda ta’ 3,000 f’sitt xhur

37,700 ħaddiem barrani f’Malta, żieda ta’ 3,000 f’sitt xhur

2 minuti qari

Il-ħaddiema barranin li għandhom permess jaħdmu f’Malta laħħqu 37,717-il persuna sal-aħħar ta’ Marzu li għadda.
It-tagħrif aġġornat tah il-Ministru tax-Xogħol Evarist Bartolo fil-Parlament.
Għall-mistoqsija tat-tabib Silvio Grixti, Bartolo qal li 27,334 ħaddiem kienu ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li 10,383 persuna huma minn pajjiżi terzi.
Minn dawn il-ħaddiema, 1,295 persuna joqogħdu Għawdex, għalkemm jista’ jagħti l-każ li mhux kollha jaħdmu hemm.
Iktar kmieni din is-sena l-Ministeru tax-Xogħol kien qal li sa Settembru 2016, l-għadd ta’ barranin irreġistrati biex jaħdmu Malta kien ta’ 34,157. Dan ifisser li f’sitt xhur il-barranin jaħdmu Malta żdiedu b’iktar minn 3,000 ruħ.
Evarist Bartolo kompla jwieġeb il-mistoqsija billi qal li sabiex jiġi kkontrollat l-abbuż ta' ħaddiema barranin li jistgħu jkunu qed jaħdmu f’Malta jew f’Għawdex illegalment, Jobsplus għandha fi ħdanha sezzjoni ta’ spettorat li tagħmel spezzjonijiet regolari fuq il-lant tax-xogħol f’oqsma differenti tal-ekonomija.
Meta jinstabu persuni jaħdmu li mhux reġistrati mal-Jobsplus, tittieħed azzjoni sabiex dawn l-impjiegi jiġu regolarizzati. Jekk dawn l-azzjonijiet jiġu injorati, tittieħed azzjoni kontra min jimpjega billi dawn jittellgħu l-Qort.