Home Aħbarijiet Internazzjonali ​Ftehim ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Hamas u l-Fatah

​Ftehim ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Hamas u l-Fatah

minuta qari

Il-Hamas u l-Fatah għadhom kif iffirmaw ftehim ta’ rikonċiljazzjoni ġewwa l-Belt ta’ Kajr.
Dan il-ftehim ifisser li għandu jieqaf deċennju ta’ qasma bejn iż-żewġ fazzjonijiet Palestinjani.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li l-ftehim jinkludi miżuri dwar is-sigurtà, l-amministrazzjoni, u l-fruntieri tal-Gaza. L-Eġittu kienet qed tiffaċilita t-taħdidiet fil-Belt kapitali tagħha.
Il-President Palestinjan Mahmoud Abbas qal li jilqa’ l-ftehim il-ġdid. Żied jgħid li rċieva rapport dettaljat mid-delegazzjoni tal-Fatah dwar dak li intqal u qal li huwa jqis dan bħala l-aħħar ftehim li għandu jwaqqaf għal kollox  il-qasma ta’ bejn il-gruppi.