Home Aħbarijiet Għin lill-Pulizija ssib lil dan iż-żagħżugħ

Għin lill-Pulizija ssib lil dan iż-żagħżugħ

minuta qari

Żagħżugħ ta’ 25 sena qiegħed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li ġie rrappurtat nieqes.
Hanibal Mohamed Al Mabrouk deher l-aħħar nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tal-9.45am f’Bormla.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna, huwa mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, billi jċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 119 jew 21224001 jew billi jmur fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.
Xerred dan ir-ritratt biex tgħin lill-Pulizija ssib lil dan iż-żagħżugħ