Home Aħbarijiet Ħabta bejn karozza u mutur tat-tqassim tal-ikel fil-Ġżira

Ħabta bejn karozza u mutur tat-tqassim tal-ikel fil-Ġżira

minuta qari

Sewwieq ta’ mutur indarab ħafif wara ħabta ma’ karozza fil-Gżira.
L-inċident seħħ fis-1.15pm fi Triq l-Imsida bejn mutur ta’ ħanut tat-tqassim tal-ikel misjuq minn raġel u karozza misjuqa minn mara.
Kelliem għal Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt qal li fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lix-xufier tal-mutur, għalkemm ma jidhirx li sofra ġrieħi serji.
Fuq il-post inġemgħa t-traffiku għal xi ħin.
Ritratt: Tamsin Cauchi