Home Lifestyle Ħallewha waħedha għall-birthday party

Ħallewha waħedha għall-birthday party

minuta qari

Alexis Barnes, tifla Amerikana ta’ sitt snin b’kundizzjoni li ma jikbrilhiex xagħar.
F’għeluq sninha, ħadd minn sħabha tal-klassi ma attenda l-festin biex jiċċelebra magħha.
It-tifla bdiet tibża’ li kienu involuti f’xi inċident…iżda ma kien xejn minn dan.
Il-familja ta’ Alexis kienu diżappuntati b’dak li ġara, u rrikorrew għal Facebook biex jiksbu l-empatija ta’ dawk li forsi jifhmu s-sitwazzjoni diffiċli li kellhom jaffaċċjaw.
Il-messaġġ ta’ omm Alexis ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ persuni, b’uħud jingħaqdu bejniethom u se jorganizzawlha festin sorpriża.
Għal dan il-festin, il-familja ta’ Alexis reġgħet stiednet lil sħabha tal-iskola, “għax m’għandi xejn kontrihom.”