Home Sport “Hemm bżonn nibqgħu saqajna mal-art” – Lewandowski

“Hemm bżonn nibqgħu saqajna mal-art” – Lewandowski

minuta qari

Wara li Bayern Munich fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti f’ras il-klassifika tal-Bundesliga b’rebħa ta’ 1-0 fuq Cologne, tkellem l-attakkant prolifiku tagħhom Robert Lewandowski mal-ġurnal Ġermaniż Bild fejn qal li filwaqt li kien kuntent b’dak li kiseb s’issa t-tim mill-Bavarja wera ruħu realistiku.
“Minkejja illi qed ngawdu vantaġġ tajjeb fil-klassifika, hemm bżonn illi nibqgħu konċentrati u saqajna mal-art,” beda jgħid il-plejer Pollakk.
“Il-Milied għadu ma wasalx, għadna għaddejjin u rridu nkunu konċentrati għall-impenji li għandna kontra Stuttgart fil-kampjonat u kontra Borussia Dortmund fit-Tazza Ġermaniża.”
“Nafu li Borussia Dortmund għadhom kemm bidlu l-kowċ u nafu illi ġieli rebħulna fil-passat u huwa għalhekk illi rridu nibqgħu moħħna hemm,” temm jgħid Lewandowski.
Bayern Munich qed jittamaw illi jieħdu żewġ rebħiet f’dawn l-aħħar impenji tas-sena 2017 sabiex imbagħad fil-Ġermanja jkun hemm il-waqfa tax-xitwa.