Home Aħbarijiet Internazzjonali Ibigħu l-organi biex ikunu jistgħu jgħixu

Ibigħu l-organi biex ikunu jistgħu jgħixu

minuta qari

Minħabba l-istat miżeru li waqa’ fih il-Jemen minn mindu bdiet il-gwerra sentejn ilu, ħafna mir-residenti tal-pajjiż qed ikollhom ibigħu d-drogi jew anke saħansitra jbigħu l-organi tagħhom fl-Eġittu sabiex ikunu jistgħu jitimgħu lill-familji tagħhom.   
L-Organizzazzjoni kontra t-Traffikar tal-Bniedem fil-Jemen qalet li s’issa 300 każ ta’ bejgħ tal-organi ġew dokumentati mill-bidu tal-gwerra ‘l hawn.  
Skont l-organizzazzjoni, iċ-ċifri jistgħu jkunu ħafna ogħla, ladarba ħafna mill-każijiet mhumiex qed jiġu dokumentati minħabba kwistjonijiet ta’ reliġjon u illegalità.
Skont il-Ġnus Magħquda, iktar minn 20 miljun persuna fil-Jemen għandha bżonn għajnuna umanitarja bħalissa.
Iktar minn miljun ħaddiem tas-settur pubbliku, fosthom għalliema, ilhom ma jitħallsu ta’ xogħolhom minn Settembru tas-sena l-oħra, u tħallew bla flus jew ikel għalihom u għall-familji tagħhom.