Iktar ħdura fuq il-bjut

minuta qari

Il-proġett LifeMedGreenRoof, fl-Università ta’ Malta, se joħloq studju dwar it-teknoloġija ta’ bjut ħodor.
Fi żjara fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università ta’ Malta, il-Ministru għall-Infrastruttura Joe Mizzi qal li din l-inizjattiva se tgħin biex proġetti bħal dawn isiru wkoll fuq binjiet tal-Gvern, fosthom fl-iskejjel, u anki fuq binjiet privati.
Kompla jgħid kif dawn il-proġetti huma tajbin mhux biss minħabba l-ambjent attraenti li joffru iżda wkoll minħabba l-benefiċċji li jipprovdu fosthom inqas sħana fil-bini.
Matul iż-żjara, il-Ministru ltaqa’ mad-Dekan tal-Fakultà, il-Professur Alex Torpiano, kif ukoll mal-maniġer tal-proġett Antoine Gatt u l-Perit Vince Morris.