Iktar minn 15-il pjanta jistgħu jitkabbru fuq il-bejt

2 minuti qari

Permezz tal-proġett LifeMedGreenRoof li ilu għaddej kważi sentejn, ġew identifikati ‘l fuq minn 15-il speċi ta’ pjanti indiġeni, li kapaċi jgħixu u jikbru fuq il-bjut tad-djar.
Fi stqarrija, l-Università ta’ Malta spjegat li dan ifisser li hemm potenzjal akbar biex l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini f’Malta titjieb u jittaffew il-problemi relatati maż-żoni urbani. Dan jinkoraġġixxi wkoll il-firxa tat-teknoloġija tal-bjut imħaddra f’Malta.
Qalet ukoll li l­bjut huma ġeneralment esposti għall­irjieħ u għall­qilla tax-xemx. Żiedet tgħid li l-bjut imħaddra jistgħu jissostitwixxu l-ambjent naturali li ntilef minħabba l-bini, u fl-istess ħin inaqqsu mill-konsum tal-elettriku minħabba li jnaqqsu l-użu tal-arja kkondizzjonata.
Fuq il­bejt tal­Fakultà tal­Ambjent Mibni fl­Università ta’ Malta saru testijiet fuq iż­żewġ tipi ta’ materjal għat­tkabbir u l­pjanti magħżula.
Numru sostanzjali ta’ insetti “ta’ benefiċċju” nstabu jżuru l­pjanti ta’ fuq il­bejt fosthom naħal, brimb u friefet.
Il­proġett LifeMedGreenRoof, immexxi mill-Università ta’ malta u parzjalment iffinanzjat mill-programm tal-UE Life+, jintemm f’Lulju tal­2017