Il-faqar f’Malta diskuss fi Brussell

minuta qari

Persuni minn madwar l-Unjoni Ewropea li għexu l-faqar ltaqgħu fi Brussell biex jirrakkuntaw l-esperjenza tagħhom marbuta mal-faqar.

Din hi t-12-il darba li qed tittella’ din il-laqgħa u fosthom kien hemm ukoll delegazzjoni Maltija mmexxijja minn Fr Saviour li f'Malta jmexxi l-Millenium Chapel u Fr Emanuel Cordina li f'Għawdex imexxi l-Oasi. F’isem Malta tkellmu tliet persuni – żewġ Maltin u barrani.

Immigrant li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ fil-Marsa tkellem dwar id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom u l-inġustizzji soċjali li għaddi minnhom. 

Mara li taħdem fi ħdan il-Millenium Chapel tkellmet dwar il-faqar li tmiss b’idejha ta’ kuljum. 

Tkellem ukoll raġel li qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga bl-għajnuna tal-organizzazzjoni Oasi f’Għawdex u li għex tip differenti ta’ faqar.

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz appella lill-Membri Ewro Parlamentari biex iżommu l-wegħda tagħhom li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandu jkun hemm aktar ġustizzja soċjali, ugwaljanza u impjiegi diċenti.