Home Aħbarijiet Aġġornata: Il-Gvern jaħtar lill-avukat Frank Testa biex imexxi l-inkjesta tal-allegat indħil politiku

Aġġornata: Il-Gvern jaħtar lill-avukat Frank Testa biex imexxi l-inkjesta tal-allegat indħil politiku

2 minuti qari

Il-Partit Nazzjonalista qal li minkejja li għaddew jumejn minn meta ġie żvelat każ ta’ indħil politiku minn politiċi tal-Gvern f’każ ta’ traffikar ta’ droga, il-Prim Ministru għadu ma ħatarx inkjesta. 
Il-PN sostna li dan id-dewmien hu skandaluż u qed jipperikola l-provi li jistgħu jinġabru fil-konfront taż-żewġ politiċi tal-Gvern li allegatament waqqfu lill-Pulizija milli jipproċedu f’dan il-każ.
​Żied jgħid li b’dan id-dewmien il-Prim Ministru qiegħed jipproteġi lil min jitraffika d-droga flok jipproteġi lit-tfal u żgħażagħ Maltin.  
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar inkjesta, skont l-Att ta’ Inkjesta, immexxija mill-avukat Dr. Frank Testa
Fi stqarrija b’reazzjoni għall-kumment tal-Partit Nazzjonalista l-Gvern qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar inkjesta, skont l-Att ta’ Inkjesta, immexxija mill-avukat Dr. Frank Testa biex tistħarreġ iċ-ċirkostanzi kollha b’rabta mal-allegazzjonijiet irrapurtati fil-gazzetta MaltaToday.
Il-ħatra ta’ din l-inkjesta saret jumejn tard
Il-Partit Nazzjonalista żied jgħid li l-ħatra ta’ din l-inkjesta saret jumejn tard bir-riskju li ġew ipperikolati l-provi li jistgħu jinġabru kontra ż-żewġ politiċi konċernati.