Home Aħbarijiet Il-Gvern se jaħtar inkjesta dwar allegat indħil politiku f’Għawdex

Il-Gvern se jaħtar inkjesta dwar allegat indħil politiku f’Għawdex

minuta qari

Il-Gvern se jaħtar inkjesta biex ikunu stabbiliti l-fatti fil-każ li ġie rrappurtat illum fil-ġurnal MaltaToday dwar allegat intervent minn uffiċjali politiċi għal żewġ Għawdxin li kienu ġew arrestati fuq traffikar tad-droga.
L-istorja tal-faċċata tal-MaltaToday kellha t-titlu ‘Gozitans arrested on drug charges changed police statement after political intervention’.
Skont l-artiklu, fis-sajf tal-2014 żewġ Għawdxin kienu ġew arrestati fuq traffikar tad-droga u r-rapport li fih kienu ammettew akkużi tneħħa wara allegat intervent minn uffiċjali politiċi f’kariga għolja.
Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-inkjesta dwar l-indħil politiku fit-traffikar tad-droga f’Għawdex tkun tassew indipendenti
B’reazzjoni l-Partit Nazzjonalista qal li hu diġà evidenti li l-iskop tal-inkjesta hu li tinħeba u mhux tinkixef il-verità. 
Il-PN insista li sabiex din l-inkjesta tkun tassew indipendenti, għandha tinħatar skont l-Att dwar l-Inkjesti u l-bord għandu jkollu fih nies verament indipendenti u mhux persuni qrib ta’ Kastilja.
Ritatt: Arkivji