Home Aħbarijiet ​Il-Gvern jitlef mat-€3 miljun f’taxxi u dazji fuq sigaretti

​Il-Gvern jitlef mat-€3 miljun f’taxxi u dazji fuq sigaretti

minuta qari

Is-sena li għaddiet il-Gvern Malti tilef b’kemm jiswew kważi €3 miljun f’taxxi u dazji fuq sigaretti li ddaħħlu bil-kuntrabandu.
Il-Ministru għall-FInanzi Edward Scicluna qal dan fil-Parlament, meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Robert Abela.
Kompla jgħid li din is-sena s’issa, il-Gvern tilef iktar minn €1.8 miljun oħra minn taxxi u dazji fuq sigaretti.
Il-MInistru Scicluna qal li fuq tabakk tal-kuntrabandu, din is-sena l-Gvern tilef dħul ta’ madwar €3,500, filwaqt li s-sena l-oħra tilef mas-€6,900 bejn taxxi u dazji fuq tabakk waħdu.