Il-kappella tal-Maddalena f’Ħad-Dingli se terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha

minuta qari

Il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli, se terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha wara xogħol ta’ restawr.
F’Diċembru li għadda din il-kappella storika ntlaqtet minn sajjetta u ġarrbet bosta ħsarat.
Matul ix-xhur li għaddew saru x-xogħlijiet kollha meħtieġa ta’ manutenzjoni u ta’ restawr biex minn nhar il-Ħadd, tiġi ċċelebrata quddiesa u terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku.
Għall-okkażjoni, nhar il-Ħadd ukoll se jfisser open day għall-kappella hekk kif se tinżamm miftuħa sa filgħaxija. Se jkun hemm ukoll diversi attivitajiet u bejgħ ta’ prodotti lokali.
L-inħawi tal-kappella, li huma fost l-iktar pittoreski tal-gżejjer Maltin, huma ideali għal mixjiet fejn wieħed jista’ jgawdi l-ambjent naturali Malti.