Il-Komunità Musulmana tagħni lis-soċjetà Maltija – Simon Busuttil

minuta qari

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttl qal li l-PN għandu viżjoni ta’ soċjetà pluralista, sekulari u libera fejn kulħadd ikun ħieles biex juri l-fehma u t-twemmin tiegħu anke meta jkun f’minoranza.
Simon Busuttil qal dan waqt attività li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN organizzata mill-Forum Opportunitajiet Indaqs biex jiġi ċċelebrat il-kisra tas-sawma tar-Ramadam ma’ rappreżentanti tal-Komunità Musulmana f’Malta.
Fid-diskors tal-okkażjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li meta xi ħadd jippretendi li persuni f’minoranza m’għandhomx jitkellmu fuq kwistjonijiet kurrenti, ikun qed jhedded d-dritt bażiku ta’ persuna.
Dr Simon Bussutil iddeskriva l-komunità Musulmana f’Malta bħala parti “integrali u li tagħni s-soċjetà Maltija.”
Għall-attività attendew membri u mexxejja ta’ diversi komunitajiet.