Home Aħbarijiet Internazzjonali Il-Korea ta’ Fuq takkuża lill-Istati Uniti b’dikjarazzjoni ta’ gwerra

Il-Korea ta’ Fuq takkuża lill-Istati Uniti b’dikjarazzjoni ta’ gwerra

minuta qari

Il-Korea ta’ Fuq akkużat lill-Istati Uniti li kliem il-President Donald Trump ifisser li qed jiddikjara gwerra kontriha.
Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Ri Yong-ho, meta kien fi New York għal laqgħat tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Yong-ho qal lill-ġurnalisti li l-Korea ta’ Fuq għandha d-dritt tniżżel ajruplani Amerikani, anki jekk dawn ma jkunux qed jittajru fuq sema Koreana, filwaqt li fakkar li kien Trump li l-ewwel iddikjara gwerra kontra l-Korea ta’ Fuq.
Huwa kien qed jirreferi għall-kummenti ta' Trump, meta l-ġimgħa l-oħra għadda rimarki dwar id-diskors ta' Yong-ho s-Sibt quddiem in-Nazzjonijiet Magħquda. 
Trump qal li jekk Kim Jung-on jibqa' sejjer bil-paroli fil-vojt, fiż-żmien li ġej nisimgħu b'aħbaru.
Aktar milli gwerra fiżika, l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq kulma jmur qed jiqlielu bejniethom fi gwerra verbali.