Home Lifestyle Tfal Il-mudelli bid-Down Syndrome li qed jisirqu l-qlub

Il-mudelli bid-Down Syndrome li qed jisirqu l-qlub

minuta qari

Ftit tal-jiem ilu saret il-Petite Fashion Week f’Madrid, spettaklu tal-moda ddedikat għall-ħwejjeġ tat-tfal.
Fost il-mudelli din is-sena spikkaw it-tfal bid-Down Syndrome li serqu l-qlub bil-ħlewwa u l-kariżma tagħhom.
Dawn it-tfal huma membri tal-fondazzjoni Garrigou li hi bbażata f’Madrid u li tgħin bosta tfal bi bżonnijiet speċjali.
L-għan tal-inklużjoni ta’ dawn it-tfal kien biex in-nies ma jiddejqux juru dawn it-tfal u biex is-soċjetá tidra tinkludihom ukoll f’avvenimenti bħal dawn.
Min-naħa tagħhom it-tfal dehru li ħadu gost bl-ispettaklu li kienu qedgħin jagħtu lil dawk li attendew.