Il-Partit Laburista jipproponi ‘University Partnership’

minuta qari

Il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat introduċa l-kunċett ta’ ‘University Partnership’ waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu f’Tas-Sliema.

Din hija network ta’ 18-il università li se tkun qed tikkonsidra tinkludi fi ħdanha l-Universita ta’ Malta u l-MCAST jekk Partit Laburista jkun fil-Gvern.

Dr Muscat qal li b’dan il-mod jistgħu jiġu madwar 3,000 student u studenta barranin jistudjaw f’Malta. Dan filwaqt li studenti Maltin ikunu jistgħu jistudjaw barra minn Malta, f’Universitajiet fir-Renju Unit, ċ-Ċina u l-Amerka.

Il-Mexxej Laburista qal li b’din l-istrateġija Malta se tkun qed toffri aktar opportunità akkademika kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Dan kollu, saħaq Dr Muscat, biex il-ħolma li Malta issir ċentru tal-edukazzjoni ta’ eċċellenza isseħħ tassew.

Dr Muscat inista li dan il-partership mhux se jkun qed inaqqas il-finanzjament allokat għall-Università ta’ Malta.