Home Aħbarijiet “Il-PN għandu jwassal il-messaġġ b’mod effettiv” – Perici Calascione

“Il-PN għandu jwassal il-messaġġ b’mod effettiv” – Perici Calascione

minuta qari

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione qal li biex il-PN ikun il-Partit rebbieħ għandu jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod aktar effettiv.
Waqt li kien qed jitkellem dwar l-Uffiċċju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u dwar l-AŻAD, Dr Perici Calascione qal li għandu jkun hemm aktar nies li jiffukaw fuq il-politika u l-messaġġ politiku fl-Uffiċċju Informazzjoni.
Huwa sostna li l-AŻAD għandha tgħin fl-aġġornament politiku tal-PN. Żied jgħid li l-AŻAD għandha tidħol f’relazzjoni u f’kuntatti ma’ entitajiet barranin sabiex tikseb fondi u torganizza skambji meħtieġa kif ukoll taħdem mill-qrib ħafna mat-Taqsima Kandidati PN u ma’ strutturi oħra ta’ formazzjoni politika.