Home Aħbarijiet Il-President f’laqgħa mal-President Taljan

Il-President f’laqgħa mal-President Taljan

minuta qari

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca llum kellha laqgħa kordjali mal-President Taljan Sergio Mattarella.
Huma ltaqgħu fil-Palazz tal-Quirinale f'Ruma.
Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-aġenda tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġew diskussi wkoll it-temi li se jkunu qed jiġu trattati waqt il-laqgħa tal-grupp tal-Presidenti mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, il-grupp Arraiolos, li se jkun qed jiltaqa' f'Malta f'Settembru li ġej.
Iż-żewġ Presidenti ddiskutew ukoll ir-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Italja, anke fid-dawl taż-żjara statali li se jkun qiegħed jagħmel il-President Mattarella f'Malta iktar tard din is-sena.