Home Aħbarijiet Il-President Taljan fi żjara f’Malta

Il-President Taljan fi żjara f’Malta

minuta qari

Il-President tal-Italja, Sergio Mattarella, se jkun fuq żjara uffiċjali ta’ ġurnata f’Malta, għada l-Erbgħa.
Fiż-żjara tiegħu, se jkollu laqgħat mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta’ San Anton u mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja.
Iż-żewġ naħat se jiddiskutu fost l-oħrajn, temi ta’ interess komuni, ir-relazzjonijiet bilaterali, is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-aħħar żviluppi fl-Ewropa.
Iktar tard mistenni jżur ukoll il-Parlament il-ġdid, il-Barrakka ta’ Fuq u l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.