Home Aħbarijiet Ritratti: “Dan il-lejl neħħejna mit-toroq tagħna 550 kilo droga” – Il-Pulizija

Ritratti: “Dan il-lejl neħħejna mit-toroq tagħna 550 kilo droga” – Il-Pulizija

2 minuti qari

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija għamlet sejba ta' 550 kilogramma droga.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Assistent Kummissarju Dennis Theuma u li għaliha kien hemm preżenti l-Ispettur Kevin Pulis li mexxa r-rejd, intqal li nstabu 530 kilogramma raża tal-kannabis u 20 kilo pjanta tal-Kannabis.
 

B'kollox ġew arrestati ħames persuni, fosthom Taljani u persuna waħda Maltija, li l-età tagħhom tvarja minn 35 sa 60 sena.
Id-droga nstabet f'qiegħ falz ta' żewġ trakkijiet bi pjanċi Taljani u ammont żgħir fil-karozza tal-akkużat Malti.
Ir-rejds fuq dawn it-tliet vetturi saru f'San Ġiljan u l-Fgura.
 

Jidher li l-Pulizija kienet ilha diveri ġimgħat issewgi lil dan il-grupp tant li l-Assistena Kummissarju qal li l-Pulizija waqfet l-operat ta' grupp involut fi kriminalità organizzata."
Apparti minn hekk instabu wkoll €100,000 fi flus kontanti u għalhekk l-istess persuni jistgħu jitressqu l-Qorti akkużati wkoll b'ħasil ta' flus.
L-Assistent Kummissarju qal li ma hemm l-ebda dubju li l-flus ġew minn attività illegali marbuta mat-traffikar tad-droga.
"Pulizija qalbiena li ħaqqhom kull tifħir" – PN
Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li dawn il-pulizija li qabdu d-droga jixirqilhom kull tifħir, għax fis-siegħa tal-prova wrew kemm huma kapaċi jkunu hemm għall-poplu meta jkun hemm bżonnhom.
Irringrazzja wkoll lill-membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU) li aktar kmieni dalgħodu arrestaw 2 persuni b'rabta mas-serqa minn Tignè, u wħud minnhom saħansitra rriskjaw ħajjithom.

//platform.twitter.com/widgets.js