Imiedi proċess għal standards għal bjut ‘ħodor’

minuta qari

Il-Gvern nieda proċess biex, permezz tiegħu, jitħejjew standards għall-bini ta’ dawk li jissejħu green roofs, inkella bjut li partijiet minnhom jiġu kkonvertiti fi speċi ta’ ġonna u waqt li jikkontribwixxu għall-ambjent, itaffu wkoll mis-sħana tal-bini.
It-tnedija saret mill-Ministru Helena Dalli waqt workshop ta’ proġett li kienet daħlet għalih l-Università ta’ Malta fejn ħolqot l-ewwel bejt simili fuq il-bini tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni.
Il-proġett, Lifemed Green Roof Project, li kiseb fondi mill-UE, hu tal-Università ta’ Malta flimkien mal-awtorità tal-konsumatur u entitajiet Taljani.
Bil-proċess imniedi mill-Gvern, mistennija jinħolqu standards li jservu ta’ gwida għal min ikun irid jagħmel il-bejt tiegħu b’dan il-mod u fl-istess ħin jevita li jkollu diffikultajiet. Fost l-oħrajn, mistennija jidentifikaw x’tip ta’ pjanti wieħed jista’ jħawwel u f’liema livelli u x’għandu jevita biex ma jkollux problemi bl-ilma. 
Ritratti: DOI – Omar Camilleri