Imut Jerome: “L-imħabba ta’ bejnietna mhu se jifridhielna ħadd” – Martina

minuta qari

Ġiet imħabbra l-mewt ta’ Jerome Frendo.
Jerome kien żagħżugħ li kellu battalja kontra l-kanċer tul dawn l-aħħar snin. Kellu 20 sena u kien jgħin lill-għaqda Puttinu Cares.
Fost il-messaġġi li ntbagħtu fuq il-mezzi soċjali, kitbet ukoll it-tfajla tiegħu Martina, li wkoll issieltet mal-marda tal-kanċer. Martina saħqet li għalkemm infirdu fiżikament, l-imħabba ta' bejniethom mhu se jifridielhom ħadd. Qalet ukoll li hu ma tilifx il-battalja tiegħu mal-kanċer, imma rebaħ il-ħajja għall-eternità.
L-aħħar tislima lil Jereome se ssir nhar il-Ħadd li ġej fit-3pm fil-Knisja tad-Dumnikani r-Rabat. Hija xewqa ta' Jerome li dawk li jattendu l-funeral tiegħu ma jilbsux iswed. 
Il-Quddiesa se tkun iċċelebrata mill-Arċisqof tal-Albanija, Mons. George Frendo.