Home Aħbarijiet Internazzjonali Ingilterra: In-nisa se jkollhom jibqgħu jilbsu t-tkaken

Ingilterra: In-nisa se jkollhom jibqgħu jilbsu t-tkaken

minuta qari

Liġi Ingliża li tipprojbixxi kumpaniji milli jordnaw lin-nisa biex jilbsu t-tkaken waqt il-ħin tax-xogħol ingħatat il-ġenb fil-Parlament.
L-Uffiċċju tal-Ugwaljanzi qal li minkejja li l-liġi eżistenti kienet “adegwata”, fis-sajf li ġej se joħroġ linji gwida għall-kumpaniji.
Dil-kwistjoni tqajmet fil-Parlament f’Marzu wara li Nicola Thorp, li kienet intbagħtet id-dar minħabba li libset żarbun ċatt waqt il-ħin tax-xogħol, bdiet petizzjoni b’aktar minn 152,000 firma.
Il-kumpanija tax-xogħol kienet ordnatilha biex tilbes żarbun b’takkuna ta’ mhux inqas minn żewġ pulzieri.
Thorp saħqet li hi tal-mistħija li l-liġi ma kinitx beħsiebha tinbidel.