Home Aħbarijiet Ipprova jbigħ id-droga lil żewġ pulizija pajżana

Ipprova jbigħ id-droga lil żewġ pulizija pajżana

minuta qari

Żagħżugħ ta’ 23 sena tressaq il-Qorti lbieraħ wara li mar jipprova jbigħ id-droga lil persuni li nzertaw pulizija pajżana.
Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u lbieraħ fi stabbilment f’Paceville, xħin l-Alġerin, li jgħix Ħal Far, allegatament ipprova jbigħ il-ħaxixa u l-kokaina.
Huwa nżamm arrestat wara li qal li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Ġie akkużat li pprova jittraffika d-droga f’inqas minn 100 metru ’l bogħod minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ.
U f’każ separat, Somalu ta’ 21 sena nżamm arrestat wara li snatb li kellu fil-pussess tiegħu ammont ta’ ħaxixa li ma kinitx għall-użu personali.