Home Aħbarijiet Internazzjonali Ir-raġel estradit minn Malta fuq akkużi ta’ abbuż fuq it-tfal jittressaq il-Qorti...

Ir-raġel estradit minn Malta fuq akkużi ta’ abbuż fuq it-tfal jittressaq il-Qorti f’Wales

minuta qari

L-anzjan ta’ 70 sena, li ġie arrestat f’Għawdex fuq akkużi ta’a bbuż ta’ tfal t tressaq quddiem il-Qorti ta’ Llandudno, fit-Tramuntana ta’ Wales.
Fil-Qorti, ir-raġel li kien Deputat Prinċipali tat-tfal ma ta ebda indirizz ta’ residenza f’Wales lill-Imħalef.
Huwa qed  jiffaċċja 38 akkuża li jvarjaw minn allegat attakk sesswali fuq subien fis-snin 70, li allegatament ħa ritratti indiċenti ta’ tfal f’Sussex bejn  l-2007 u l-2013, u li allegatament ipprova jinċita attività sesswali ma’ minuri fl-2011 u l-2012.
Huwa ġie estradit minn Malta lejn Wales il-ġimgħa li għaddiet.
Huwa se jerġa’ jidher il-Qorti fit-8 ta’ Settembru.