Home Aħbarijiet ​Irġiel jagħmluha ta’ Isqof u abbati Benedittin

​Irġiel jagħmluha ta’ Isqof u abbati Benedittin

minuta qari

Fl-aħħar jiem, tlett irġiel żaru knejjes f’Malta u ppreżentaw ruħhom bħala Isqof, abbati Benedittin u kjeriku.
L-‘isqof’ qed jintroduċi lilu nnifsu bħala persuna minn Bormla. Hu mifhum li t-tlett irġiel qed jistaqsu biex jitolbu mal-komunità u biex iqaddsu.
Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li dawn il-persuni mhumiex ordnati validament u għaldaqstant m’għandhomx jitħallew jiċċelebraw is-sagramenti, u lanqas jitħallew jidħlu f’partijiet tal-kunventi u l-monasteri.
Jidher ukoll li dawn il-persuni tkellmu dwar xi proġetti bl-iskop li jieħdu xi donazzjoni.