Home Aħbarijiet “Irridu s-sistema tat-trasport pubbliku għal li kienet qabel”

“Irridu s-sistema tat-trasport pubbliku għal li kienet qabel”

minuta qari

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta esprima d-dispjaċir tiegħu dwar is-sistema tat-trasport pubbliku għax qed toħloq inkonvenjenza lir-residenti Beltin.
Il-Kunsill saħaq li ilu xhur iwassal l-ilmenti tar-residenti dwar l-inkonsistenza fil-ħinijiet u dwar il-kwalità inadegwata tal-istages, iżda l-awtoritajiet responsabbli qatt ħadu azzjoni.
Sostna, li l-karozza tal-linja 133, li toffri is-servizz lejn it-terminus prinċipali u lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, qed topera kull siegħa, qed tonqos milli tgħaddi mit-toroq prinċipali u qed tieqaf kmieni mill-operazzjoni tagħha.
Tenna li qabel dan it-tibdil, il-karozza tal-linja kienet taqdi lill-pubbliku effettivament għax kienet topera kull nofsiegħa. 
Il-Kunsill qed jitlob lill-awtorijiet irreġġgħu lura s-sistema tat-trasport pubbliku fil-lokalità għal dik li kienet qabel.