Home Sport Isco jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid għal ħames snin oħra

Isco jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid għal ħames snin oħra

minuta qari

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Real Madrid, Isco ġedded il-kuntratt tiegħu għal ħames snin oħra.
F’kummenti li ta lis-sit tal-internet tal-club, Isco kien ferm kuntent talli għażel li jibqa’ mal-Madrileni fejn rebaħ diversi unuri fl-erba’ snin li ilu magħhom.
Il-kuntratt li ffirma għandu klawżola ta’ €700 miljun f’każ ta’ release.
Isco għandu 25 sena u skorja 25 gowl fil-125 darba li lagħab bil-flokk tal-Merengues. Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.