Isofri ħruq wara li xegħel il-magna tad-dingi

minuta qari
Raġel ta' 34 sena minn San Pawl il-Baħar sofra xi ħruq f'Kemmuna. 
Kien għall-ħabta tat-3.15pm, meta r-raġel xegħel il-magna tad-dingi, ħa l-petrol u kien hemm xi nirien.
Huwa sofra xi ħruq u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief. 
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace