Home Lifestyle ​It-tarbija li qed tbeżża’ n-nies

​It-tarbija li qed tbeżża’ n-nies

minuta qari

Skultura ta’ tarbija rieqda f'vetrina ta' ħanut fi New York qed tbeżża’ jew forsi aħjar iddejjaq lin-nies.
Tant qed tħalli effett negattiv, li ħafna huma dawk li qed jirrappurtaw lill-impjegati tal-ħanut tal-irkant, li xi ħadd nesa tarbija fil-vetrina.
L-iskultura, bit-titlu Baby in a Carriage, 1983  qed tinbiegħ għall-valur ta’ €100,000.
It-tarbija rieqda għandha xagħar naturali tal-bnedmin.
Għandek ċans sal-aħħar ta’ dan ix-xahar jekk trid takkwista din it-tarbija!