“It-teatru Aurora jissimbolizza l-mużika li tgħaqqad l-umanità”

minuta qari

Bħala tifkira ta’ umanità waħda miġbura f’solidarjetà u simpatija mal-Franċiżi, it-Teatru Aurora fir-Rabat Għawdex, ilbieraħ kien mixgħul bil-kuluri blu, abjad u aħmar tal-bandiera Franċiża.
Fi stqarrija, is-Soċjetá Filarmonika Aurora qalet li n-nazzjonalità, l-etniċità, ir-reliġjon u r-razza sfortunatament jifirduna minn xulxin iżda l-mużika għandha tfakkarna li aħna lkoll niffurmaw parti minn umanità waħda.
Qalet ukoll li huwa ta’ stmerrija li atti vjolenti jkunu mmirati lejn binjiet li jissimbolizzaw l-arti.