Home Aħbarijiet It-Tnejn jitħabbar min se jieħu post Joe Cassar

It-Tnejn jitħabbar min se jieħu post Joe Cassar

minuta qari

Mil-lum, il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tirċievi n-nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari fis-seba’ distrett, li tbattal mill-eks Deputat Nazzjonalista Joe Cassar.
Dawk il-kandidati li kkontestaw is-seba’ distrett elettorali fl-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013, u li ma ġewx eletti,  jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom sa nhar is-Sibt li ġej.
In-nomini jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn id-9am u nofsinhar.
Il-formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni fin-Naxxar u fil-Belt Valletta.
L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali se jsir nhar it-Tnejn li ġej mid-9am ‘il quddiem.
Ma' Newsbook.com.mt, is-Sindku tal-Mosta u l-eks-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kien qal li mhux interessat li jikkontesta l-elezzjoni każwali biex jieħu post Dr Joe Cassar fil-Parlament.