Jammetti li seraq lill-kunjata tiegħu

minuta qari

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li seraq mingħand il-kunjata tiegħu, f’Birkirkara.
Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, huwa ġie akkużat b’seq aggravat u li kien riċediv.
Il-każ seħħ fit-18 t’April.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-każ se jkompli jinstema’ nhar it-Tnejn.