Home Aħbarijiet ​Jaqbillek issuq iktar bil-mod fil-Kalkara

​Jaqbillek issuq iktar bil-mod fil-Kalkara

minuta qari

Jekk tgħaddi minn Triq Santu Rokku fil-Kalkara, jaqbillek tnaqqas il-veloċità.
Fi tweġiba parlamentari, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li Transport Malta rċeviet diversi lmenti, li ġieli jkun hemm min qed jabbuża bil-vettura u jsuq b’veloċità eċċessiva.
Spjega li s-sezzjoni tal-infurzar ta’ Transport Malta ħadet azzjoni immedjata, u flimkien mal-Pulizija qed tagħmel moniteraġġ fl-akwati, permezz tal-uffiċjali tagħha.
Il-Ministru qal ukoll li TM għandha wkoll pjanijiet sabiex timplimenta miżuri oħra biex jinqata’ dan l-abbuż, fosthom li tinstalla Traffic Calming Measures f’wiċċ it-triq.
Ian Borg kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Glenn Bedingfield, li rrefera għal rapporti ta’ tlielaq tal-karozzi f’din it-triq, li qed idejqu r-residenti tal-lokal.