​Jasal it-tabib li jista’ jkun l-aħħar tama għat-tarbija Charlie

minuta qari

It-tabib Amerikan li offra li jikkura lit-tarbija Charlie Gard ta’ 11-il xahar b’kundizzjoni rari, wasal ir-Renju Unit u ltaqa’ mat-tobba tal-isptar Great Ormond Street.
Hu mifhum li t-tabib jinsab akkumpanjat minn tabib ieħor mill-isptar tal-Papa f’Ruma.
Dr Michio Hirano mistenni jiddiskuti l-kundizzjoni ta’ Charlie u jkun deċiż jekk it-tifel imurx l-Istati Uniti għal kura esperimentali.
Dr Hirano qed jingħata aċċess sħiħ għall-informazzjoni medika ta’ Charlie, sabiex ikun jista’ jingħata l-aħjar kura.
Bħal għada ġimgħa, il-Maġistrat mistenni jieħu d-deċiżjoni finali dwar il-futur tat-tarbija.
Charlie jinsab f’nofs kontroversja legali wara li l-isptar Great Ormond Street kien qal li ma fadalx kura għalih u kien tal-parir li jintfew il-magni.