Home Lifestyle Mużika Filmat: Jasal Malta l-grupp leġġendarju The Wailers…lest għar-reggae?

Filmat: Jasal Malta l-grupp leġġendarju The Wailers…lest għar-reggae?

minuta qari

Wasal Malta l-grupp leġġendarju reggae The Wailers!
Opportunità li żgur hi għal qalb id-dilettanti kollha tal-mużika reggae, partikularment minn dal-grupp li fl-aqwa ta’ żmienu fis-Sebgħinijiet ħadem mal-isem li l-aktar nassoċjaw ma’ dan l-istil…Bob Marley.
Il-kantant Josh Barrett, eks-Judas Tribe, li fl-2014 ingħaqad mal-grupp fuq talba tad-drummer Aston Barrett Jr, se jkun qed iwassal il-messaġġ ta’ paċi, imħabba u rispett mad-daqqa sinonima tar-reggae.
Aston Barrett Jr huwa iben il-bassist oriġinali u wieħed mill-fundaturi tal-grupp, Aston “Familyman” Barrett.
Iżda għal dawk ftit akbar fiż-żmien, se jkun hawn f’Malta tliet membri oriġinali tal-grupp; Junior Marvin u Donald Kinsey, flimkien mal-inġinier tas-sound Dennis Thompson.
Din hija t-tieni darba li l-Wailers se jdoqqu f’Malta.
Għal aktar vibes, għada l-Wailers se jkunu qed jistennewkom l-ARIA f’San Ġwann mis-7pm ’il quddiem.
Qabilhom se jdoqq il-grupp Malti Ska, The Riffs.
Biljetti minn hawnhekk.