Home Lifestyle “Jesus Christ Superstar” f’Għawdex f’Ħadd il-Palm tas-sena d-dieħla

“Jesus Christ Superstar” f’Għawdex f’Ħadd il-Palm tas-sena d-dieħla

minuta qari

Direttur artistiku Ingliż ta’ fama internazzjonali, Hugh Wooldridge, se jmexxi il-live musical  Jesus Christ Superstar ta’ Andrew Lloyd Webber u Tim Rice fit-Teatru Astra.  Id-direzzjoni ta’ dan il-musical se tkun f’idejn il-Maestro Sigmund Mifsud. 
Waqt żjara f’Malta, Wooldrdige fakkar fil-50 sena anniversarju tat-Teatru Astra u qal li nhar Sibt u Ħadd il-Palm se jkun qed joħloq atmosfera unika li tirrifletti l-akbar storja li qatt inkitbet. Dan il-musical se jsir fl-24 u l-25 ta’ Marzu 2018.
It-Teatru Astra qal li musicals oħra li ttellgħu fl-istess teatru kienu Grease u Evita.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li produzzjoni b’direttur ta’ fama internazzjonli joffri opportunità lil Għawdex u lill-Għawdxin. 
Ritratt: DOI – Coldagh Farrugia O'Neill