Jibda r-restawr fuq l-akwadott ta’ Ħammimiet f’Għawdex

minuta qari

Bdiet l-ewwel fażi tax-xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni fuq l-istrutturi tal-akwadott ta’ Ħammimiet,f’Għawdex. 
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għal-Għawdex Justyne Caruana ħabbret li x-xogħol se jsir kollu mill-ħaddiema tal-Ministeru u l-ispejjeż kollha se jkunu koperti mill-Ministeru. 
Ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi huma ppjanati li jitlestew f’Awwissu.
L-akwadott fuq medda ta’ aktar minn żewġ kilometri beda jinbena fl-1840. 
Ritratt: MGOZ: George Scerri