Home Aħbarijiet Internazzjonali Jidħol jispara f’kappella; persuna mejta

Jidħol jispara f’kappella; persuna mejta

minuta qari

Persuna mietet u tmienja oħra sfaw midruba wara sparaturi f’kappella fl-Istati Uniti.
L-inċident seħħ ftit wara l-11am (5pm ħin lokali)  f’Nashville fl-istat ta’ Tennessee.
Il-Pulizija qalet li ssejħet b’urġenza fuq il-post wara li nstemgħu numru ta’ sparaturi ġejjin mill-kappella.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li weġġgħu madwar tmien persuni u li dawn kollha ttieħdu f’ċentru mediku għall-kura.
Hu konfermat li seba' minn dawk midruba għandhom aktar minn 60 sena.
Skont l-awtoritajiet fost dawk midruba kien hemm l-agressur li daħal jispara fil-kappella.
Għadu mhux konfermat jekk fil-ħin tal-attakk kienetx għaddejja quddiesa.