Home Aħbarijiet Internazzjonali Turkija: Jiġġarraf ajruplan; imut pilota

Turkija: Jiġġarraf ajruplan; imut pilota

minuta qari

L-ajruport prinċipali t’Ataturk f’Istanbul ingħalaq wara li ġġarraf jet.
L-inċident seħħ għal ħabta tad-9pm x’ħin jet privat iġġarraf fuq ir-runway minħabba problemi tekniċi waqt it-tlugħ fil-bidu tal-vjaġġ li suppost kellu jmur fl-ajruport ta' Ercan fit-Tramuntana ta' Ċipru.
Skont il-midja internazzjonali fil-ħin tal-inċident fuq il-jet kien hemm żewġ piloti, flight attendant u passiġġier.
Fuq il-post marru pumpiera biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-jet wara li ħa n-nar u sploda hekk kif iġġarraf.
L-awtoritajiet Torok qalu li wieħed mill-piloti ġie ċertifikat mejjet fuq il-post filwaqt li t-tliet persuni oħra li kienu abbord ittieħdu l-isptar wara li sofrew ġrieħi serji.
L-ajruport reġa' infetaħ mill-ġdid għall-ajruplani ftit qabel il-11pm.