Home Aħbarijiet Jixxaqqaq windscreen tal-Air Malta waqt titjira

Jixxaqqaq windscreen tal-Air Malta waqt titjira

minuta qari

Newsbook.com.mt hu infurmat li ajruplan tal-Air Malta kellu jdur lura lejn l-ajruport minħabba li xxaqqaqlu l-windscreen waqt li kien fl-ajru.
Ħadd ma weġġa’ f'dan l-inċident.
F'dak il-mument, l-ajruplan kien fuq il-gżira ta’ Sardegna fi triqtu lejn Gatwick f’Londra.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet biss li l-ajruplan ġarrab ħsarat tekniċi.
Ajruplan ieħor li telaq minn Malta fil-11.30am wassal lill-passiġġieri lejn id-destinazzjoni aħħarija.